L-Eġizzjani bdew tlett ijiem ta’ votazzjoni biex jeleġġu president ġdid.Ftit hemm dubji li Abdul Fattah al-Sisi se jkun ir-rebbieħ wara li l-biċċa l-kbira tal-kandidati tal-oppożizzjoni rtiraw il-kandidatura tagħhom.
L-Eġittu, b’popolazzjoni ta’ erbgħa u tmenin miljun persuna, huwa l-akbar pajjiż Għarbi u kellu rwol ċentrali fil-politika tal-Lvant Nofsani.