Il-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi ffirma liġi ġdida li se tissikka l-kontroll fuq l-internet.
Il-leġislazzjoni fuq is-cybercrime ifisser li s-siti elettroniċi jistgħu ikunu bblokkjati fl-Eġittu jekk ikunu kkunsidrati li joffru theddida lis-sigurta nazzjonali jew l-ekonomija.
Min jinstab ħati li qed imexxi, jew sempliċiment iżur dawn is-siti, jista jeħel sentenza ta’ priġunerija jew multa.
L-awtoritajiet qalu li l-miżuri l-ġodda huma meħtieġa sabiex ikunu indirizzati l-instabbilta u t-terroriżmu.
Iżda gruppi tad-drittijiet umani qed jakkużaw lill-gvern li qed jipprova jkisser in-nuqqas ta’ qbil fil-pajjiż.