Alfred Sant se jindirizza Konferenza dwar l-effetti tal-Brexit fuq Malta. Il-Konferenza se titratta diversi oqsma relatati mal-Brexit. X’inhuma l-prospetti tar-Renju Unit u tal-Istati Membri? Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE kif se taffettwa liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin? X’se jkun l-impatt fuq l-ekonomija tal-gżejjer Maltin? Għaliex ċerti persuni ewlenin fl-UE u fir-Renju Unit għadhom jisħqu biex isir it-tieni referendum? Il-pubbliku mistieden jipparteċipa fil-Konferenza biex jifhem aħjar l-isfidi li qed jaffaċċjaw Malta u Għawdex f’dan iż-żmien partikolari tal-istorja tal-Unjoni Ewropea.
Il-Konferenza, organizzata mill-Uffiċċju tal-MEP Alfred Sant bil-kollaborazzjoni tal-Grupp tal-S&D tal-Parlament Ewropew, se ssir nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru fis-7 pm fil-Lukanda Suncrest, il-Qawra. Il-ġurnalist Karl Stagno Navarra se jmexxi l-Konferenza.
M’hemmx għalfejn booking iżda dawk li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw l-Uffiċċju ta’ Dr Sant bl-email fuq info@alfredsant.eu jew iċemplu fuq 21490705. Ikun hemm riċeviment wara l-Konferenza. Dħul b’xejn.