Waqt id-diskussjoni dwar l-isterjotipi u l-ugwaljanza mtella’ mill-Partit Laburista, mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela tkellmet dwar l-importanza tal-edukazzjoni biex tinkiseb l-ugwaljanza vera.
“Jiena nemmen li din irridu nagħmluha permezz tal-edukazzjoni għaliex l-edukazzjoni tibqa’ ċ-ċavetta importanti għall-kisba tal-ugwaljanza, billi nedukaw lin-nies li l-mara hija daqs ir-raġel, għalkemm aħna differenti, aħna uniċi, ilkoll għandna l-kapaċitajiet differenti u lkoll nistgħu nagħtu kontribut lil din is-soċjetà.”
Dr Lydia Abela – Mart il-Prim MinistruREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hija qalet li dan biss jista’ jgħin fil-kisba ta’ progress aċċelerat lejn l-ugwaljanza.
Fost l-interventi li saru minn dawk preżenti, kien hemm l-atleta Tenishia Thornton li ġabet numru ta’ unuri għaliha personali imma anki fuq livell internazzjonali li tkellmet dwar il-mod li bih ċertu sterjotipi fl-isport tal-weightlifting qed jonqsu.
“Kburija aktar ngħid li llum il-ġurnata l-parteċipazzjoni ta’ tfajliet żgħar li daħlu għall-weightlifting hija enormi u ttini sodisfazzjon kbir għaliex mhux talli mhux iħossu dawk l-isterjotipi imma anki qegħdin jegħlbuhom huma stess u qed jaħdmu għal dak li jixtiequ.”
L-Atleta Tenishia Thornton
Charmaine Mangion, Alexia Spiteri u Liliana Camilleri lkoll ġejjin minn aspetti varji tal-ħajja iffurmaw il-panel ta’ din l-attività politika u wkoll qassmu wħud minn ħsibijiethom fosthom dwar il-miżura taċ-childcare b’xejn.
“Nixtieq nagħmel ukoll premessa li ovvjament iċ-childcare centres illum il-ġurnata m’humiex assoċjati aktar mal-mara. Fil-bidu ovvjament kien għen ħafna biex il-mara toħroġ taħdem illum evolvejna u nara aktar parteċipazzjoni tal-missirijiet anki biex japplikaw.”
L-Imprenditriċi Charmaine Mangion
“Jiena nieħu pjaċir inkun madwar mejda, ħafna mid-drabi jkun hemm sitwazzjonijiet fejn inkun forsi l-unika mara. Imma nħossni tajba u kburija li bħal kull raġel ieħor madwar il-mejda li nista’ nagħti kemm l-opinjoni tiegħi u x’naħseb jiena mingħajr ma nħossni inqas.”
Alexia Spiteri – Maniġer fir-Riżorsi Umani
“Għandna biżżejjed edukazzjoni, għandna biżżejjed chances fil-postijiet tax-xogħol, hemm iktar xi jsir ovvja li hemm iktar xi jsir però diġà għandna ħafna jiġifieri importanti li aħna nagħmlu l-għalmu tagħna.”
Liliana Camilleri – Nanna