Minjiera tad-deheb.
Ryan-żagħzugħ modern u fuq tiegħu mhux ħażin- kien qiegħed għaddej bl-iskejtbord tiegħu meta fis-siegħa u l-waqt jgħajjatlu raġel li inzerta kien is-sid ta’ minjiera tad-deheb.
Ir-raġel staqsieh jekk riedx iqatta’ ġurnata fil-minjiera tiegħu.
-Nagħtik tnax-il siegħa ċans taħdem fil-minjiera tiegħi u d-deheb li jirnexxielek tiġbor tista’ iżżommu kollu għalik.
Din il-proposta għoġbitu lil Ryan….min jaf x’jista’ jixtri ladarba jsarraf id-deheb li jkun ġabar. Gadgets, home ċinema, electric bike hi tech….safra tajba ma’ sħabu….
U l-għada mat-tmienja ta’ filgħodu, kollu entużjażmu, Ryan sab kien fir-reception tal-minjiera fejn sab lis-sid jilqgħu.
-Illum il-minjiera kollha għalik. Kif ftiehma dak kollu li jirnexxielek tiġbor se żżommu għalik. Għandek tnax-il siegħa. Fit-tmienja tal-lejla niġi għalik.
U Ryan sab ruħu waħdu. Qabel ma jidħol fil-minjiera, kellu jgħaddi mill-uffiċċji prinċipali fejn kien hemm kompjuter mixgħul. Ryan mexa lejh. Poġġa bilqiegħda u oħroġ il-għaġeb skopra li kien hemm connection tal-internet. U x’connection dik! Dak speed!
U Ryan ddeċieda li jittanta lil sħabu…ikkolega ruħu magħhom u beda jiftaħar magħħom u anmke jurihom fejn qiegħed. U minn kelma u ritratt u filmat li tefa’ fuq is-social media, Ryan u sħabu bdejw jiċċejtjaw. U mic-chat għaddew għal-logħob. U Ryan-li kien bad loser- għal kull logħba li jitlef ried li jagħmel tnejn għax ried juru l-ħiliet tiegħu. U s-size tal-iscreen u l-ispeed tal-internet ma kellux bħalhom id-dar!
Logħba ġġib oħra. U sfida ġġib oħra wkoll! Żgur li Ryan qatt qabel ma ħassu daqshekk privileġġjat.
Imma fis-salt u l-ħin dan il-gost kollu kellu jieqaf ħesrem hekk kif Ryan sema’ l-bieb tal-uffiċċju jħabbat.
-Ryan, ġejt għalik!.
Kien sid il-minjiera. Kien saru t-tmienja ta’ filgħaxija.
-Kif jista’ ikun?-staqsa mistagħġeb Ryan….diġa t-tmienja? Tini ċans imqar ħames minuti imqar nidħol fil-minjiera u niġbor ftit deheb- ittallab iż-żagħżugħ.
-Jiddispjaċini Ryan. Il-ftehim tagħna kien li kellek tnax-il siegħa ċans. U t-tnax-il siegħa għaddew! Il-ħin skada!
U Ryan baqa’ b’xiber imnieħer!
Opportunatijiet b’viżjoni.
Hemm xebħ kbir bejn l-istorja ta’ Ryan u l-opportunatijiet tad-deheb li għandhom l-istudenti tal-lum u ta’ għada fl-iskejjel tal-Gvern.
Il-Moviment Progressiv- xprunat mill-viżjoni ta’ Prim Ministru uniku flimkien max-xogħol ma jaqta’ xejn min-naħa tal-Ministeru u d-Direttorat tal-Edukazzjoni- ħejja programmi ta’ studju li għandhom iservu sabiex iż-żgħażagħ Maltin jilħqu l-potenzjal tagħhom skont l-abbiltajiet tagħhom fi klassijiet u laboratorji li jekk issejħilhom state-of-the-art ma tkunx qed tfaħħarhom biżżejjed.
Gvern li ħaseb għall-futur.
Il-Gvern Laburista investa miljuni ta’ ewro sabiex jagħti liż-żgħażagħ tagħna li jattendu skejjel sekondarji opportunita’ tad-deheb sabiex jekk iħossuhom tajbin fis-suġġetti vokazzjonali jew applikati (dawn tal-aħħar fl-imgħoddi konna nsejħulhom tas-snajja’) għandhom il-ħin u l-għodda kollha possibbli sabiex jilħqu l-ambizzjonijiet tagħhom.
Issib laboratorji bl-aqwa tagħmir li jwassal għat-tagħlim f’oqsma ġodda bħall-Health and Social Care, Media Studies, Inġinerija, Computer IT, Ospitalita’, Agrikoltura u Retail.
Ir-ritratti annessi ma’ dan l-artiklu jagħtu ħjiel żgħir ħafna tal-minjiera tad-deheb li hemm fl-iskejjel tagħna.
Iż-żgħażagħ f’qalbna.
Il-Gvern għamel il-parti tiegħu. L-edukaturi-bħal ma jagħmlu dejjem- se jagħmlu l-parti tagħhom ukoll.
Jonqos li ż-żgħażagħ tagħna sabiex jagħmlu l-parti tagħhom u jaħtfu l-opportunatijiet uniċi f’dan iż-żmien hekk partikolari u eċċitanti fil-qasam edukattiv sabiex-għall-kuntrarju ta’ dak li ġralu Ryan fl-istorja li bdejna biha-jgħixu l-aqwa żmien tagħhom billi jilqħu l-potenzjal tagħhom.
Awguri lill-istudenti żgħażagħ kollha!