Il-European Broadcasting Unit, l-EBU iċċensurat il-kanzunetta “Kant” mill-festival tal-Eurovision Song Contest li se jkun qed jittella’ f’Mejju li ġej, f’Basel.
Fil-fatt ftit tal-ħin ilu, Miriana Conte esprimiet id-diżappunt tagħha fuq il-midja soċjali, u tenniet li ħadet din l-aħbar waqt il-ġbid tal-filmati għall-music video.
Minkejja dan l-iżvilupp, Miriana assigurat lis-segwaċi tagħha li se tkompli tiffoka fuq l-esperjenza tagħha fil-Eurovision u se tirrappreżenta lil Malta bl-aqwa mod possibbli.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li sar rapport minn membru tal-EBU lill-istess Reference Group li huwa mifhum li kien il-BBC.
Fid-deċiżjoni tiegħu l-EBU kkomunika li qed jitlob li jinbidel it-titlu bil-Malti tal-kanzunetta u titneħħa għalkollox il-kelma ‘kant’.