Prosekuturi fi Brussell qalu li l-iskwadra Belġjana ta’ kontra l-bombi ma sabet l-ebda splussiv wara li raġel li ddikjara li kien qed iġorr bomba fil-karozza tiegħu, twaqqaf mill-pulizija fid-distrett ta’ Molenbeek.
Huwa kien arrestat wara li uffiċjali tal-pulizija ġrew warajh wara li baqa’ ħiereġ fuq l-aħmar meta kien qed isuq il-karozza.
Ir-raġel ġie arrestat wara li l-pulizija kellha tispara lejn ir-roti tal-karozza u b’hekk ir-raġel twaqqaf.