Spettaturi minn barra l-Ġappun mhux se jitħallew jattendu għall-Olimpjadi u l-logħob Paralimpiku li se jsiru f’Tokjo fis-sajf li ġej, minħabba tħassib dwar l-imxija.
Dan tħabbar mill-organizzaturi hekk kif l-awtortijtajiet Ġappuniżi illimitaw id-dħul fil-Ġappun għall-parteċipanti sportivi biss. L-oragnizzaturi assiguraw illi dawk li kienu laħqu xtraw il-biljetti se jingħataw flushom lura.
Il-logħob tal-Olimpjandi huwa mistenni li jibda fit-23 ta’ Lulju, filwaqt li l-logħob Paralimpu jibda xahar wara, fl-24 ta’ Awwissu.
L-Olimpjadi kellhom isiru fis-sajf li għadda, madanakollu, f’Marzu tas-sena l-oħra kienu ġew posposti minħabba l-firxa tal-virus madwar id-dinja.