Il-konferenza tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-klima, li qed issir f’Madrid, baqgħet ma wasslitx għal qbil li kellu jgħin sabiex jitnaqsu l-emissjonijiet globali tal-karbonju.
Id-delegati spiċċaw ipposponew id-deċiżjoni li jinsab qbil dwar prezz marbut mal-emissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju. Dan għalkemm id-diskussjonijiet kienu ilhom għaddejjin għal ġimgħatejn sħaħ.
Madankollu l-konferenza rat deċiżjonijiet oħra jittieħdu bħal qbil dwar fondi għal pajjiżi vulneabbli li l-iktar jintlaqtu minn temp estrem u d-dokument ‘Chile-Madrid Time for Action” li jitlob lil pajjiżi kollha sabiex itejbu l-miri tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.