Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-immigranti li ġew irrilokati lejn il-Portugall wara li ġew salvati f’żewġ operazzjonijiet separati mill-Forzi Armati ta’ Malta minn fuq il-bastiment Alan Kurdi fis-7 ta’ Lulju li għadda.
L-immigranti li ġew irrilokati lejn Franza ġew salvati minn fuq il-bastiment Ocean Viking fit-23 ta’ Awwissu li għadda.
L-immigranti kollha ngħataw l-għajnuna mill-awtoritajiet lokali, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni u minn uffiċjali mill-ambaxxati tal-Portugall u Franza.
Il-Gvern qal li dan il-proċess ta’ rilokazzjoni huwa riżultat ta’ ftehim ad hoc li ntlaħaq bejn il-Kummissjoni Ewropea, Malta u pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropej.
Intant, fi stqarrija, il-pulizija ċaħdet rapporti li dehru fil-midja fejn ingħad li weġġgħu xi uffiċjali tal-pulizija waqt il-protesti li seħħew fil-ċentru ta’ detenzjoni fil-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.
U fi stqarrija separata il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali qal li għall-kuntrarju ta’ rapporti li dehru fuq ċerti siti tal-midja, il-Ministeru ċaħad li hemm xi ħsieb li fiċ-Ċentru ta’ Ħal Far ħa jiżdiedu l-ammont ta’ sodod.