Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li ma tiftaħx proċeduri kontra l-Italja ħabba d-dejn eċċessiv tal-pajjiż.
Il-Kummissarji Ewropej eżaminaw fil-jum tal-Erbgħa ftehim tekniku bejn Ruma u Brussell tard it-Tlieta fuq il-baġit tal-Italja għall-2019.
Il-Kummissjoni rrifjutat l-ewwel pjan baġitarju tal-gvern, li ra lill-Italja b’defiċit ta’ 2.4% tal-prodott domestiku gross is-sena d-dieħla, sabiex ikunu ffinanzjati wegħdiet importanti u jkun imbuttat it-tkabbir.
Il-Gvern Taljan propona li d-defiċit jitnaqqas għal tnejn punt zero erbgħa fil-mija sabiex iwaqqaf lill-Unjoni Ewropea milli tiftaħ proċeduri ta’ ksur.
L-istess gvern kien qal li ma kienx lest li jwaqqa żewġ wegħdi importanti, li huma paga bażika għal dawk li qed ifittxu xogħol u riforma fil-pensjoni li għandha tnaqqas l-eta tal-irtirar għal ħafna nies