Għoxrin persuna sofrew ġrieħi ħfief fosthom disa’ persuni li b’xorti tajba nħarġu minn qalb it-tifrik wara t-terremot li heżżeż Norcia fiċ-ċentru tal-Italja, u qered diversi binjiet.
It-theżżiżiet seħħew kważi xahrejn wara li terremot kbir ħasad il-ħajja ta’ tlett mitt persuna u qered diveri bliet. It-terremot tal-Ħadd kejjel sitta punt sitta fuq l-iskala Richter, u huwa iktar qawwi mit-terremot t’ Awwissu u l-aftershocks li seħħew il-gimgħa l-oħra.
Qed ikun maħsub li dan huwa l-iktar wieħed b’saħħtu f’dawn l-aħħar snin.
Ħafna mir-residenti kienu evakwati wara t-theżżiżiet tal-ġimgħa l-oħra. Il-Ħadd filgħodu, it-theżżiżiet inħassew fil-kapitali Ruma u anke minn Venezja. It-terremot seħħ f’fond ta’ kilometru w nofs biss.