L-ebda uffiċjal mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma’ kien involut fil-proċess ta’ legalizzazzjoni jew kellu xi kuntatt ma’ Darren Debono kif kien ġie allegat fuq is-sit taljan ilsole24ore.com f’ Novembru li għadda.
Dan ħareġ minn rapport preżentat fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Carm Mifsud Bonnici.
Ir-rapport jgħid kif l-uffiċjal lill-inizjali tagħha issemma’ fl-artikolu Taljan jidher li wettqett id-dmirijiet tagħħa kif mitlub bis-sistema tal-Ministeru msejjsa fuq regoli u proċessi internazzjonali.
L-inkjesta li saret dwar din l-allegazzjoni ma’ sabet l-ebda prova dwar l-involviment ta’ uffiċjal mara ta’ ħamsa u ħamsin sena li ssemmiet fl-artiklu.
Tant li joħroġ ċar li ma’ hemm l-ebda uffiċjal ta’ din l-eta’ involut fit-tali proċeduri ta’ legalizzazzjoni.
Mix-xhieda ppreżentata waqt din l-inkjesta ħareġ ukoll li qatt ma’ kien hemm xi indħil minn persuni kemm minn ġewwa d-Direttorat u kif ukoll minn barra fil-proċess ta’ legalizzazzjoni, li fil-verita’ hu biss li tiġi awtentikata l-firma tal-persuna li jkun hemm fuq id-dokument.
Intant, dawn il-proċessi jsiru permezz ta’ sistemi siguri u bl-audit trails neċċessarji minkejja li s-sistema hija waħda antika u fil-preżent għaddejjin diskussjonijiet għall-upgrades neċċessarji.
Għalhekk il-bord maħtur f’ din l-inkjesta kkonkluda u huwa tal-parir ukoll lill-proċeduri addottati fil-preżent jiħu evalwati mill-ġdid.
U kif ukoll is-sistema l-ġdida ma’ tkunx waħda li ma’ tħallix lok ta’ abbużi u li tissalvgwardja r-reputazzjoni u l-amministrazzjoni tal-ministeru.
Ir-rapport tal-Bord tal-Inkjesta temm jgħid li t-titjib fis-sistemi li qed jiġi diskuss fil-preżent iseħħ kemm jista’ jkun malajr.