M’hemmx lok li jittieħdu passi mill-Pulizija fir-rigward tal-kwerela li l-għaqda Birdlife ressqet dwar allegat invalidità tal-liċenzji tal-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Qalet dan il-Pulizija fi stqarrija b’referenza għall-kwerela li l-Birdlife ressqet fil-jum tal-Erbgħa.
Il-Pulizija qalet li wara li analizzat fil-fond il-kontenut tal-kwerela u qieset iċ-ċirkustanzi kollha, waslet għall-konklużjoni li ma hemmx lok li jittieħdu passi ulterjuri min-naħa tagħha dwar iċ-ċirkostanzi msemmija. Il-proċeduri kriminali li nfetħu mill-Birdlife saru kontra sitt t’elef kaċċatur.
Il-kwerela li nfetħet kienet titlob għal piena massima ta’ €10,000 jew sentejn ħabs kif ukoll ir-revoka permanenti ta’ kull liċenzja jew permess.