Ma jeżisti l-ebda każ ta’ residenti infettati bil-Coronavirus fid-djar tal-anzjani.
Dalgħodu, f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon iddikjara li ma hemm l-ebda każ ta’ Coronavirus fl-isptar San Vinċenz de Paule.
Minn tagħrif li kiseb ONE News, il-persuna infettata li ssemmiet ilbieraħ fil-fatt ma kinitx residenti fi djar tal-anzjani iżda kienet f’sala parti mill-isptar ġenerali t’Għawdex.
Nifhmu li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha fis-sala Sant’Anna li hi parti mill-isptar fir-Rabat Għawdex.