Fl-ewwel partita tal-Ħadd fic-Centenary Stadium iltaqgħu ż-żewg timijiet minn naħa t’isfel tal-klassfika Sirens u Santa Lucia, partita li spiċċat fid-draw ta’ mingħajr gowls biex b’hekk iż-żewġ timijiet għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa staġjonali.
Il-bidu ta’ din il-partita kien wieħed kwiet tant li l-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fit-23 minuta meta kienu Santa Lucia permezz ta’ Jed Valletta li għadda ballun lejn Jurgen Pisani b’dan tal-aħħar prova xutt li kien inblukkat mill-goalkeeper Andrea Cassar, mir-rebound daħal tajjeb Jurgen Pisani li kompla lejn Piazza pero mill-cross Wagner xeħet għoli.
Tlett minuti wara u waslet r-risosta ta’ Sirens meta Prosper Boakye Owusu bidel il-ballun ma’ Hafiz Mohammed Akadom li prova xutt li kien salvat tajjeb mil-goalkeeper ta’ Santa Lucia Francisco Celio.
It-tim minn San Pawl il-Baħar mill-ġdid perikolużi fil-31 minuta meta x-xutt angolat ta’ Nicholas Pulis ġie salvat mill-goalkeeper avversarju.
Sitt minuti wara u reġgħu kienu Sirens meta kien Daniel Opoku li ra l-freekick tiegħu jigi mdawwar f’corner mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia.
L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet fl-64 minuta kien Evandro Gomes ta’ Sirens li għadda ballun lejn Wagner Eduardo Alves Pereira li min naħa tiegħu reġgħa qassam lejn Gomes li x-xuttja għoli.
Ma’ kważi 70 minuta logħob kien Nicholas Pulis ta’ Sirens li minn azzjoni ta’ free-kick kompla lejn Mukhtar Moro li pero x-xutt ta’ dan ġie salvat mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia
Fil-81 minuta Santa Lucia tilfu ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ meta kien Eduardo Alves Pereira li x-xuttja għoli.
Referee: Fyodor Zammit
BOV Plejer tal-Logħba – Jurgen Pisani (Santa Lucia)