Ma ntużat u ma ġiet ikkunsmata l-ebda droga fil-greenroom u l-każ huwa magħluq.
Hekk sostniet stqarrija uffiċjali tal-European Broadcasting Union, l-EBU.
Il-kantant tal-grupp Måneskin Damiano għamel test għad-droga fl-Italja fejn irriżulta fin-negattiv.
L-EBU qalet li hija analizzat filmati u anki rat b’għajnejha r-riżultat tat-test li sar.
Qalet li hija mħassba li b’fake news intefgħu dellijiet inġusti u ħriġna mill-ispirtu veru tal-Eurovision.
L-EBU reġgħet awgurat lill-grupp rock Taljan tar-rebħa fil-Eurovision.