Il-Kumpanija EasyJet ħabbret li se tkun qed iżżid it-titjira fil-ġimgħa bejn Manchester u Malta. B’hekk matul ix-Xitwa se jkun hemm b’kollox erba’ titjiriet fil-ġimgħa filwaqt li fis-Sajf se jkun hemm titjira kuljum bejn iż-żewġ destinazzjonijiet.
It-titjiet miżjuda fix-Xitwa se jkunu qed jibdew mis-7 ta’ Novembru 2017 filwaqt li dawk fis-Sajf se jibdew joperaw fl-2018.
Ali Gayward, UK Country Manager, stqarr li jinsabu sodisfatti li se jżidu t-titjiriet bejn Malta u Manchester. “Ninsabu ċerti li l-klijenti tagħna se jieħdu gost li se tkun qed tiżdied il-frekwenza sabiex tagħmel il-konnettivita’ bejn iż-żewġ destinazzjonijiet iktar faċli”
Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li ż-żieda fit-titjiriet tikkonferma l-impenn tal-Gvern sabiex iżid il-frekwenza tat-titjiriet għall-destinazzjonijiet finali diġa’ eżistenti u jinfetħu rotti ġodda għall-Maltin, turisti kif ukoll negozjanti.
“It-turiżmu lejn Malta se jkomplu jiżdid” qal il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Tourism Authority, “riżultat tal-pożizzjoni kompettivita li għandha fuq is-suq,il-konnessjoni tal-linji tal-ajru kif ukoll il-fatt li hija destinazzjoni għas-sena kollha. “L-Easyjet hija linja tal-ajru li għarfet l-attributi ta’ Malta u tat kontribut siewi sabiex jiżdied it-turiżmu. L-MTA għandha relazzjoni tajba ħafna mal-Easyjet u qed tħares ‘l quddiem għall-opportunitajiet futuri li jibbenefikaw kemm lid-destinazzjoni kif ukoll lil-linja tal-ajru.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta International Airport, Alan Borg żied jgħid li dan l-iżvilupp jimxi id f’id mal-miri tal-ajruport sabiex joffri kapaċita’ u konnettivita’ aħjar lill-gżira. “Huwa inkoraġġanti li tara li il-kumpaniji tal-ajru sħab magħna jemmnu li Malta tattira t-turiżmu matu is-sena kollha u qed iżidu l-operat sabiex iktar turisti jżuru lill-Malta fix-xhur l-inqas bieżla”.