Minn 37 barrani rreġistrati li jaħdmu fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, kważi kollha ġejjin mill-Lvant Imbiegħed, b’24 minnhom huma mill-Pakistan u tmienja mill-Indja.
Minn tagħrif mogħti mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta Soċjali, Michael Falzon, bi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Laburista Etienne Grech, jirriżulta li l-kumplament ġejjin mill-Ungerija, il-Bulgarija, l-Italja, Spanja u l-Ingilterra, b’ħaddiem wieħed biss kull wieħed.