L-Ażerbajġan ħa l-kontroll tar-raħal importanti ta’ Shusha li jinsab fir-reġjun Nagorno-Karabakh, fejn bħalissa għaddej kunflitt bejn il-forzi Armeni u Ażerbajġani.
Dan ikkonfermah Il-President tal-Ażerbajġan, Ilham Aliyev waqt konferneza tal-aħbarijiet.
Madanakollu l-Armenja ċaħdet dawn l-allegazzjoniiet u qalet li l-ġlied għadu għaddej.