Il-Gvern ċaħad b’mod kategoriku u sejjaħ bħala aħbar falz rapport fil-midja lokali li allega li ġew irrapportati 35 każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta.
Fl-aħħar aġġoranment tagħhom dwar il-virus, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li s’issa disa’ persuni rriżultaw pożittivi għall-virus. Il-każijiet kollha ġew importati minn barra l-pajjiż u s’issa m’hemm ebda każijiet ta’ trażmissjoni fil-komunità.
L-aħbar falza fuq il-paġna 4Malta ħarġet b’aħbar suppost esklussiva u fiha allegat li l-Gvern kien se jħabbar 35 każ ġdid ta’ Coronavirus. Madankollu kelliem għall-Gvern ċaħad b’mod kategoriku dak rapportat u qal li din mhi xejn ħlief aħbar falza.