L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin qed jappellaw biex kull min jirċievi l-istedina biex jieħu d-doża addizzjonali għal kontra l-Covid-19, jagħmel dan.
Dan fl-isfond li bħalissa madwar l-Ewropa żdiedu l-infezzjonijiet tal-Covid-19.
Fil-fatt skont ċifri li għandha l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa b’kollox kien hemm 7% żieda fir-rata t’infezzjonijiet.
Malta hija waħda mill-inqas pajjiiżi li raw din iż-żieda fil-każijiet, b’madwar 1%.
Madankollu l-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin qed iwissu li pajjiżna mhux iżolat mill-bqija tal-Ewropa, u għalhekk qed iħeġġu lin-nies biex jieħdu d-doża addizzjonali, biex ikunu protetti aktar kontra dan il-virus.
S’issa 98% tar-residenti fi djar tal-anazjani ngħataw id-doża addizzjonali, filwaqt li 58% ta’ dawk li għandhom aktar minn 70 sena ngħataw din id-doża.