Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li fuq azzjoni bejn il-Guardia di Finanza Taljana u l-awtoritajiet Maltin inqabdet attività illegali li għandha x’taqsam mal-industrija tal-gaming.Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tal-whip tal-gvern Byron Camilleri. Qal li l-Guardia di Finanza irrikonoxxiet il-koperazzjoni li sabet mir-regolatgur Malti u ħabbbar li fil-jiem li ġejjin se jiġi ffirmat ftehim bejn il-Malta Gaming Authority u l-Guardia di Finanza biex ikun hemm bdil sħiħ ta’ informazzjoni bejniethom ħalli tkun tista’ tiġi mistħarrġa kull attività illeċita.
Huwa qal li f’dawn l-aħħar xhur, il-Malta Gaming Authority, b’mod pro-attiv kienet qed taħdem bis-sħiħ mal-awtoritajiet Taljani sabiex jaraw li jekk hemm xi attività illeċità f’din l-industrija titnaddaf.
Huwa qal li s-settur tal-gaming jirrappreżenta perċentwali sostanzjali mill-attività ekonomia Maltija u jimpjiega numru sostanzjali ta’ ħaddiema.