Matul din il-ġimgħa l-awtoritajiet Libjani komplew bil-ħidma sfieqa tagħhom kontra t-traffikar tal-bnedmin mill-baħar Mediterran.
Fil-fatt fl-aħħar jiem laneċ tal-awtoritajiet Libjani interċettaw mijiet immigranti fil-Baħar Mediterran.
Dan ġie rrappurtat ukoll fil-midja Libjana fejn ppubblikaw ritratti ta’ dgħajsa b’113 persuna li ġiet interċettata matul il-ġurnata tal-Ġimgħa.
Intqal kif din id-dgħajsa kienet ġejja mil-Libja lejn l-kontinent Ewropew, li hija waħda mill-aktar rotot imfittxija għall-immigrazzjoni.