L-awtoritajiet Katalani qed iwissu li mhux se jkunu qed jobdu l-ordnijiet li ħareġ il-Gvern Spanjol jekk Madrid tinforza li tieħu kontroll fuq ir-reġjun.
Il-Prim Ministru ta’ Spanja, Mariano Rajoy, ħabbar li li l-gvern tar-reġjun Katalan se jkun qed jitkeċċa fejn se jiġi kkontrollat l-libertajiet tiegħu fil-Parlament.
Kelliem għall-Affarijiet Barranin, Raul Romeva, qal li l-Gvern Ċentrali qed jaġixxi kontra r-rieda tal-Katalani.
Il-Parlament Katalan se jiltaqa’ l-Ħamis biex jieħu deċiżjoni dwar ir-risposta li se jagħti.