L-Uffiċċju tal-Prim Ministru rrefera għal rapporti fil-midja dwar allegazzjonijiet li saru waqt tnedija ta’ pubblikazzjoni.
Fi stqarrija, ġie ċċarat li l-awtoritajiet jaħdmu f’indipendenza u f’awtonomija sħiħa u jieħdu d-deċiżjonijiet bis-saħħa li tagħtihom il-liġi, skont il-ħaqq u s-sewwa.
Iktar minn hekk, ġie rrimarkat kif mhux biss il-Gvern immexxi minn Robert Abela ta l-għodda lill-istituzzjonijiet biex jagħmlu xogħolhom, imma ta wkoll għodda ġdida liċ-ċittadini biex anki huma jkunu jistgħu jikkontestaw dawn id-deċiżjonijiet, kif qed jiġri f’dan il-każ stess minn min ippubblika l-ktieb.
L-istqarrija temmet tgħid li kull allegazzjoni li tista’ tkun maħsuba biex tikkundizzjona proċeduri pendenti fil-Qorti, hija allegazzjoni li m’għandhiex mis-sewwa.