Żagħżugħ Sirjan ta’ 16-il sena u tliet persuni oħra ġew arrestati fil-Ġermanja fuq suspett li kienu se jattakkaw Sinangoga.
L-Awtoritajiet Ġermaniżi qalu li rċievew ħjiel serju u konkret dwar attakk fil-belt ta’ Hagen.
Il-pulizija ċċirkondaw binja u flimkien ma’ klieb tal-iskwadra, fittxew għal bombi iżda din it-tfittxija rriżultat fin-negattiv.
Il-ħjiel li ngħataw kien jinkludi l-ħin li possibbilment iseħħ l-attakk u dawk il-persuni li kienu mistennija jagħmluh.
Il-pulizija arrestat liż-żagħżugħ u tliet persuni oħra fl-aktar jum sagru għal-Lhud.
Is-Sinagoga spiċċat ħassret iċ-ċelebrazzjonijiet li kien hemm imħejjija.