Hekk kif ix-xita qawwija li qed tikkawża l-għargħar fl-Istat ta’ New South Wales fl-Awstralja baqgħet tippersisti, l-awtoritajiet qed joħorġu ordnijiet sabiex in-nies jevakwaw aktar postijiet fl-akkwati ta’ Sydney.
Infatti l-awtoritajiet qed iwissu lil dawk li joqgħodu fil-livell tat-triq jew partijiet mill-belt li tinsab fil-baxx sabiex jitilqu.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, l-awtoritajiet wissew li partijiet minn dan l-istat qed jesperjenzaw tip ta’ għargħar li jseħħ darba f’mitt sena.