L-Awtorità tax-Xandir ċaħdet sitt ilmenti li Arnold Cassola ressaq quddiemha kontra One News għax ħass li dan l-istazzjon naqas meta ma rrappurtax numru ta’ stqarrijiet li ħareġ hu.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet ta’ Arnold Cassola u ta’ One News u rat id-dokumenti relatati mal-każijiet, l-Awtorità tax-Xandir qalet li minkejja li Cassola jiffirma bħala kandidat indipendenti, dan l-istatus preżentament ma jeżistix.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Awtorità tax-Xandir qalet li, filwaqt li kulħadd għandu dritt li joħroġ l-istqarrijiet tiegħu, fl-istess ħin tagħraf li d-diskrezzjoni editorjali tal-istazzjon għandha torbot fuq dak li jiġi rrappurtat. Sħqet li l-kmamar tal-aħbarijiet għandhom id-diskrezzjoni li janalizzaw huma stess il-valur tal-aħbar.