L-Awtorità dwar il-Mediċini wieġbet għall-protest kontra l-morning after pill li għamlu Miriam Sciberras u Klaus Vella Bardon tal-Life Network Foundation.
Fit-tweġiba, xejjnu għal kollox l-argument li bil-Morning After Pill f’pajjiżna daħal l-abort, tant li fil-protest intqal li “l-awtorità tal-mediċini trid tgħamilha ċara li l-preżenza tal-kontraċezzjoni ta’ emerġenza ma tagħtix lok għal abort iżda tipprovdi mezz mhux abbortiv biex proprju tnaqqas in-numru ta’ inċidenza ta’ abort.”
B’hekk, żiedet l-Awtorità, wieħed ikun qed jonqos jekk iċaħħad l-aċċess għal din il-mediċina.
Intqal ukoll kif ellaOne, il-mediċina li hawn fis-suq hija awtorizzata mill-Kummissjoni Ewropea u m’hemm ebda identifikazzjoni li hija abortifikant. Saħansitra jingħad ukoll li la f’Malta qatt ma’ għaddiet liġi li tipprojbixxi li l-kontraċezzjoni ta’ emerġenza tinżamm milli tidħol fil-pajjiż ma hemm ebda raġuni li tiġġustifika li l-mediċina tinżamm mill-tidħol f’Malta.
Għalhekk intqal li l-protest li sar minn Sciberras u Vella Barodona huwa infondat u l-Awtorità se tkompli tagħmel dmirha skont il-liġi u fl-interess tal-pubbliku.