L-Awtorità tal-Ippjannar ħabbret li reġgħet ippubblikat proposta biex iż-żona industrijali f’Ta’ Qali tintuża għal skopijiet kummerċjali. Dan wara li saru xi emendi fil-proposta oriġinali wara r-rispons li l-awtorità rċeviet f’Settembru 2019.Dawn it-tibdiliet qegħdin isiru biex iż-żona industrijali f’Ta’ Qali li bħalissa tinsab ħdejn il-Park Nazzjonali titmexxa f’żona kummerċjali sabiex jitnaqqas l-impatt negattiv u din iż-żona tkun tista’ tibqa’ tintuża għall-skopijiet rikreazzjonali.
L-ammont ta’ art li jista’ jintuża baqa’ l-istess kif kien stipulat fil-konsultazzjoni pubblika, jiġifieri, għandu jkun jitħalla 40% ta’ spazju miftuħ li għandu jikkonsisti minn siġar u pjanti.
Dawn is-siden tal-artijiet li huma interessati f’dan il-proġett għandhom jiffinanzjaw l-ispejjeż tal-kostruzzjoni. Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li l-flus li se taqla’ minn dan il-proġġett se jintużaw sabiex isir titjib fil-faċilitajiet rikeattivi u inizjattivi favur l-ambejnt fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
Il-partijiet interessati jistgħu jniżżlu l-proposti mill-website tal-Awtorità tal-Ippjanar: www.pa.org.mt/consultation.
Wieħed jista’ japplika bil-jingħat email fuq: nwlp.taqali@pa.org.mt. Sa nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru 2020.