L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet ordni ta’ infurzar u talba biex jitwaqqfu x-xogħlijiet ta’ żvilupp fejn qabel kien hemm ir-ristorant Barracuda f’San Ġiljan.
Dan wara li qed isir żvilupp li kien ġie sospiż fuq talba tal-applikant għall-permess stess.
Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li qed timponi multa għal kull jum li jibqa’ jsir l-iżvilupp illegali.
L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li se tibqa’ tissorvelja ż-żona biex tħares li ma jkomplix isir żvilupp mingħajr permess.
Tmienja u għoxrin sena ilu, l-Awtorità tal-Ippjanar iddikjarat li l-binja ta’ fejn kien l-istabbiliment tal-Barracuda għandha tiġi protetta.
Dan flimkien ma’ proprjetajiet oħra fiż-żona tal-bajja tal-Balluta.