Id-direttorat tal-Infurzar u Konformità fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar kmienu dalgħodu issiġilla l-kjost tal-Fajtata f’Marsaskala.
Skont l-Awtorità, il-gabbana qed tokkupa u tieħu spazju pubbliku u qed tibdel l-użu tal-imsemmi spazju. Dan sar wara ċ-ċaħda tal-applikazzjoni PA/2580/21 sottomessa lill-Awtorità tal-Ippjanar fejn intalab permess għal post permanenti tal-gabbana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-deċiżjoni ġiet appellata u għadha qed tistenna deċiżjoni mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar.