Villa San Injazju f’San Ġiljan, li kienet taħt skrutinju konsiderevoli fil-passat, ingħatat status ta’ protezzjoni ta’ Grad 2 mill-Awtorità tal-Ippjanar. Dan l-iskedar jenfasizza s-sinifikat storiku, arkitettoniku u kulturali tal-Villa, biex jippreservaha għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Mibnija lejn l-aħħar tas-snin għoxrin tas-Seklu Tmintax, il-Villa hi punt ta’ referenza fiż-żona tal-Balluta, anke għax hi waħda mill-ewwel binjiet bi stil ta’ arkitettura Gotika f’Malta.

Dan l-iskedar jenfasizza wkoll l-importanza ta’ Villa San Injazju bħala parti vitali mill-wirt mibni ta’ Malta u l-kontribut għall-pajsaġġ arkitettoniku taż-żona ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema, billi hi wkoll waħda mill-ewwel binjiet fl-akwati li għadhom jeżistu sal-lum.
Aktar kmieni din is-sena, l-Awtorità tal-Ippjanar tat permess biex il-Villa tiġi rrestawrata u tingħata ħajja mill-ġdid