L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat ix-xogħlijiet ta’ żvilupp li kien propost li f’razzett f’Ħal Farruġ f’żona barra mill-iżvilupp.
Is-Sindki ta’ Ħal Qormi u Ħal Luqa laqgħu din l-aħbar, fejn it-tnejn qalu kif din hija aħbar ferm tajba għar-residenti kollha li joqogħdu fil-madwar kif ukoll għall-Kamra tan-Nar ta’ San Sebastjan fost l-oħrajn.
L-applikazzjoni kienet turi kif razzett abbandunat kien se jinbidel f’żona ta’ ħdax-il maħżen.
Parti mis-sit fejn kien propost l-iżvilupp imiss ma’ Wied Qirda u l-parti l-oħra ma’ Wied il-Kbir.