Komplew l-azzjonijiet tal-infurzar minn naħa tal-awtorità tal-ippjanar.
Dalgħodu ħadet azzjoni diretta f’barriera f’żona magħrufa bħala x-Xagħra tal-Lunzjata fil-limiti tar-Rabat. Dan wara li sid il-barriera naqas milli joqgħod għall-istruzzjoni tal-awtorità li jieqaf jitfa’ l-materjal u jwettaq attivitajiet oħra bħal skavar mingħajr permess.
F’din l-operazzjoni kienet involuta wkoll il-pulizija, bl-għan tal-awtorità jkun li l-barriera ma tkomplix tikber iktar minn kemm permess. Intant, f’azzjoni oħra ingħalqet ‘cold room’ li kienet qed tintuża bħala parti minn ħanut f’żona residenzjali f’Ħal Qormi.