L-Awtorità tal-Ippjanar fakkret li dawn l-aħħar tliet snin dejjem oġġezzjonat li l-Fiera l-Kbira ssir f’Montekristo. Is-sena li għaddiet, l-Awtorità informat lis-sid u l-kap eżekuttiv ta’ Montekriso estates li l-fiera mhux se tkun tista tittella’ jekk taqbeż il-konfini permessi.
Tul din is-sena, l-Awtorità ikkonfermat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha, qabel ma saru applikazzjonijiet għal liċenzji jew permessi biex tintrama’ l-fiera. Għalhekk, sostniet l-Awtorità tal-Ippjanar, l-organizzaturi kienu messhom ilhom jafu li l-fiera stegħat issir biss fil-konfini stabiliti.
L-Awtorità żiedet tgħid li qatt m’oġġezzjonat li l-fiera ssir f’dawk iz-zoni li fihom hemm permessi leġittimi.
Jumejn ilu l-management tal-Fiera l-Kbira ħabbar li ddeċieda li jissospendi din il-fiera b’effett immedjat. Qalu li l-permess sabiex tkun tista’ ssir din il-fiera ħareġ madwar ġimgħatejn ilu iżda dan ikopra biss parti miż-żona li hija meħtieġa għall-ispazju t’ esibizzjoni.
Il-management sostna li biex tkun il-fiera tkun tsita’ ssir, l-organiżaturi jkollhom bżonn jużaw żoni oħra.