Fil-ġimgħat li għaddew, id-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar għalaq numru ta’ każijiet ta’ żvilupp illegali. L-illegalitajiet kienu jvarjaw minn kmamar mibnija fi bnadi li huma barra miż-żoni ta’ żvilupp, it-tqegħid ta’ kabini u strutturi oħra, u r-rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni u materjal skreppjat.
Fiż-żona arkeoloġikament sensittiva ta’ Għar il-Kbir, fil-limiti tas-Siġġiewi, medda ta’ art b’raddi preistoriċi fuqha reġgħet inkixfet u nġiebet lura għall-istat oriġinali tagħha wara li kien inbena passaġġ illegali tal-konkos. Ix-xogħlijiet li saru kienu konformi ma’ sistema approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar b’konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Il-proċess tat-tneħħija tal-materjal ġie ssorveljat mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, u l-ispejjeż kienu kollha għal min kiser il-liġi.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24122447/Ghar-Il-Kbir-Siggiewi_before.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24122450/Ghar-Il-Kbir-Siggiewi_after.jpg)
F’każ ieħor, għadd ta’ kmamar li nbnew f’żoni ODZ, mingħajr permess ta’ żvilupp, fi Triq il-Wied ta’ San Martin f’Ħ’Attard, fi Triq il-Fortizza Ta’ Bengħajsa f’Birżebbuġa, u f’żona magħrufa bħala Ta’ Reħba f’sit maġenb il-ġibjun kbir ta’ Ħad-Dingli, twaqqgħu kollha u s-siti treġġgħu lura għal skopijiet agrikoli.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24123851/Site-off-Triq-Wied-ta-San-Martin-Attard-_before.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24123851/Site-off-Triq-Wied-ta-San-Martin-Attard-_after-1.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124010/Site-off-Triq-Il-Fortizza-Ta-Benghajsa-Birzebbuga_before-2.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124006/Site-off-Triq-Il-Fortizza-Ta-Benghajsa-Birzebbuga_after-1.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24123732/off-Triq-il-Maddalena-Dingli-_before.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24123732/off-Triq-il-Maddalena-Dingli-_after.jpg)
Fl-Imġarr, Malta, tliet siti tnaddfu minn kull żvilupp illegali li kien fihom. F’sit fi Sqaq Randun, twaqqgħu u tneħħew kamra u strutturi oħra li kienu nbnew fuq il-post mingħajr ebda permess ta’ żvilupp. F’għalqa fi Triq l-Armaġġ u fiż-Żebbiegħ tneħħew żewġ strutturi ta’ kabini li kienu tpoġġew mingħajr permess, filwaqt li f’sit f’Wied Tal-Imsielet, is-sid mexa mad-direzzjonijiet tal-uffiċjali tal-infurzar u neħħa r-rimi illegali ta’ materjal tal-kostruzzjoni u skart ieħor.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124100/Triq-l-Armagg-Mgarr-_before.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124100/Triq-l-Armagg-Mgarr-_after.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24122402/Wied-Tal-Imsielet-Mgarr_Before.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24122400/Wied-Tal-Imsielet-Mgarr_after.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124245/Sqaq-Randun-Mgarr_before.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124245/Sqaq-Randun-Mgarr_after.jpg)
F’Birżebbuġa, fi Triq Ħal Far u Triq Kalafrana, tnaddfet għal kollox għalqa li bdiet tintuża bħala boatyard, u għalqa fejn kien intefa’ illegalment materjal tal-kostruzzjoni u skart ieħor rispettivament. Bl-istess mod, f’sit f’Għajn Tuffieħa, fil-Mellieħa, tankijiet taż-żejt u materjal ieħor li kienu qed jinħażnu mingħajr permess tneħħew mis-sidien fuq ordnijiet tal-uffiċjali tal-infurzar.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124132/Triq-Hal-Far-Birzebbuga-_before.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124132/Triq-Hal-Far-Birzebbuga-_after.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124309/Ta-Ghajn-Tuffieha-Mellieha_before.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124310/Ta-Ghajn-Tuffieha-Mellieha_after.jpg)
F’Għawdex, f’sit fi Triq l-Għarb, l-Għasri, u fi Triq Ta’ Sannat, ix-Xewkija, strutturi illegali, waħda li kienet tinkludi kamra kbira fuq pjattaforma tal-konkos, u strutturi li kienu jintużaw bħala gaġeġ għall-annimali, twaqqgħu u s-siti reġgħu lura għall-istat oriġinali tagħhom.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124203/Triq-Gharb-Ghasri_before.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24124203/Triq-Gharb-Ghasri_after.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24122430/Triq-ta-Sannat-Xewkija_before.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/05/24122433/Triq-ta-Sannat-Xewkija_after-1024x554.jpg)
Thomas Paris, li għadu kif inħatar viċi Direttur fid-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar, innota li “l-funzjoni ta’ infurzar tal-Awtorità qatt mhi faċli. L-uffiċjali tagħna jridu jiffaċċjaw sitwazzjonijiet u nies differenti. Tul is-snin li għaddew, kabbarna l-ħiliet tal-uffiċjali tagħna biex kemm jista’ jkun nikkonvinċu lis-sidien biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni huma stess u jneħħu l-iżvilupp illegali. Li nieħdu azzjoni diretta billi ningaġġjaw makkinarju ta’ kuntratturi biex jitwaqqa’ jew jitneħħa l-iżvilupp illegali huwa l-aħħar għażla għalina peress li tali azzjoni tiswa ħafna flus lill- Awtorità u lil min jikser il-liġi. Meta s-sidien li jiksru l-liġi jieħdu azzjoni huma stess biex ineħħu l-iżvilupp illegali, hija l-aħjar soluzzjoni għal kulħadd.”
Thomas Paris żied jgħid li “is-sena li għaddiet, meta ġew identifikati żviluppi illegali minn ilmenti, l-Awtorità għalqet 47 fil-mija tal-każijiet permezz tal-persważjoni.”