L-Awtorità tal-Ippjanar ċaħdet li f’kwalunkwe reviżjoni li se tkun issir fuq il-pjan lokali m’hi qed tikkunsdira li tinkludi art ODŻ fil-Baħrija fil-konfini tal-iżvilupp.
L-Awtorità qed tagħmel din id-dikjarazzjoni b’reazzjoni għall-artiklu li ppubblikat ilbieraħ il-MaltaToday bit-titlu ‘Baħrija landowners eyeing ODZ mega-project’. Artiklu li jgħid li s-sid ta’ din l-art ODZ fil-Baħrija qed jippjana li f’din iż-żona jibni skola, dar tal-anzjani, ċentru ta’ matul il-jum u djar residenzjali.
L-Awtorità tal-Ippjanar iddikjarat li mhux se tkun qed tikkunsidra żvilupp barra l-konfini ta’ żvilupp fil-Baħrija.