Fi stqarrija, l-Awtorita tal-Ippjanar ċaħdet b’mod kategoriku l-allegazzjonijiet li saru fil-Parlament mill-Oppożizzjoni, fejn intqal li l-iskema ‘Irrestawra Darek’ infetħet qabel il-ħin stipulat ta’ nofsinhar għal ċertu Periti.
Intqal li l-awtorita fetħet din l-iskema f’nofsinhar, kif kien miftiehem mal-Kamra tal-Periti.
F’din l-istqarrija ġie spjegat li aktar minn mitejn perit ressqu applikazzjonijiet għal din l-iskema fl-ewwel ħinijiet wara li nfetħet u kellha tagħlaq l-iskema minħabba domanda kbira u numru ta’ applikazzjonijiet li qabeż l-ammont ta’ flus allokati għall-iskema.