L-awtorità tal-Ippjanar iddeċidiet li testendi l-permessi kollha ta’ żviluppi bi 3 snin li kien sa jiskadu sa l-aħħar tas-sena 2022.
Din l-estensjoni se tiffaċilita t-tlestija ta’ diversi proġetti kbar u żgħar, tevita sitwazzjonijiet ta’ ġlieda kontra l-ħin minn diversi kuntratturi u żviluppaturi biex ilaħħqu mal-iskadenzi msemmija. Dan se jwassal ukoll biex ma jinħolqux sitwazzjonijiet fejn ikollok żbilanċ fis-settur tal-kostruzzjoni, lok fejn il-komunitajiet tagħna jintlew siti ta’ kostruzzjoni u għaldaqstant jiġu mmitigati l-impatti negattivi fuq l-ambjent.
Intant, l-Awtorità qed tuża mezzi elettroniċi permezz ta’ avviż legali. Dan għaliex is-saħħa pubblika hija prijorità oħra. L-awtorità qed tapplika wkoll protokolli ġodda li jippermettu lill-Bord jew Kummissjoni tal-Ippjanar sabiex jagħmlu laqgħat permezz ta’ mezzi elettroniċi jew mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni li huma aċċessibbli.
Għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed terġa’ tlaqqa’ l-Board tal-Ippjanar u l-Kujmmissjoni tal-Kummissjoni tal-Ippjanar permezz ta’ video conferencing.
Filwaqt li, l-applikanti, Periti, entitajiet reġistrati u membri tal-pubbliku se jkunu jistghħu jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħha mal-każ lill-Bord jew Kummissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi.