L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett bl-isem ta’ Tigne North Phase. Il-proġett mistenni jsir fit-Tramuntana tal-peniżola biswit il-mina ta’ Tigne li tgħaqqad lil Qui-Si-Sana ma’ Triq ix-Xatt.
Il-Proġett approvat ikopri miegħu l-bini ta’ torri residenzjali ta’ 16 -il sular.
Dan il-bini l-ġdid ser ikollu miegħu diversi żoni miftuħa ta’ rikreazzjoni madwar il-Garden Battery li nbiet bejn il-Forti Tigne u l-Batterija Cambridge li tħares fuq il-kosta li hija kkaratterizzata minn mill-ġebla tal-franka u l-baħar.
Dan l-iżvilupp ser jinbena fuq art li diġa’ kienet skavata. L-istruttura ser tikkonsisti minn garaxx ta’ 4 livelli li jiflaħ 81 karozza u 17 -il livell li ser jipprovdi spazju għal 63 dar.
Il-Bord qabel li l-qligħ li ser jammonta għal aktar minn €220,000 ser jintuża mil-lokalità ta’ tas-Sliema għal proġetti ta’ tisbieħ u titjib.