Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li se tkun qed tirrevedi l-politika ta’ gwida għad-disinn fiż-żoni rurali li kienet ġiet ippubblikata fl-2014.
L-Awtorità fetħet konsultazzjoni li se ddum miftuħa sa nofs ix-xahar id-dieħel.
L-għan tar-reviżjoni huwa li jintlaħqu l-miri tal-pjan strateġiku għall-Ambjent u l-Iżvilupp u anki dawk tal-programm nazzjonali tal-iżvilupp rurali.
L-istqarrija spjegat ukoll li din ir-reviżjoni tal-politika rurali se tara l-aġġornar tal-proviżjonijiet eżistenti.