L-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed tiffinanzja l-bini mill-ġdid ta’ pont storiku f’Wied l-Imġarr, f’Għajnsielem, fi proġett li qed isir mill-Kunsill Lokali u Eko-Għawdex.
Permezz tad-Development Planning Fund, dan il-proġett se jerġa’ jagħti l-ħajja lill-pont ikoniku b’arkata, li darba kien jagħmel parti mill-wied, u jiffaċilita passaġġ lokali.
Il-Perit Ray Farrugia, Chairperson tal-fond tal-Awtorità tal-Ippjanar, saħaq li dan il-finanzjament se jqajjem mill-ġdid arkitettura storika u jżid fil-wirt tal-lokalità.
Flimkien mar-restawr tal-pont, Eko-Għawdex ukoll se tieħu l-inizjattiva li tnaddaf il-wied u ttejjeb l-infrastruttura għall-ġbir tal-ilma tax-xita.