L-Awtorità tal-Ippjanar qegħda tkompli tirċievi nominazzjonijiet għall-Malta Architecture and Spatial Planning (MASP) Awards li kienu saru għall-ewwel darba fl-2019 taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta. Għal dawn in-nominazzjonijiet, li jagħlqu fl-aħħar tax-xahar, jkun hemm konkorrenza minn Periti, Interior Designers u anke sidien ta’ propretajiet li jipproponu il-proġetti tagħhom biex ikunu kkunsidrati għal dawn l-Awards – u bosta mistennija jagħmlu
dan fil-ġranet li ġejjin.
Dan il kuntest – l-uniku wieħed tal-portata tiegħu ġewwa pajjiżna – jirrappreżenta fost l-aqwa xogħol ta’ Arkitettura, Bini, u Interior Design ġewwa Malta. L-Award jservi ukoll ta siġill ta’ kwalita’ illi minnu jgawdu mhux biss il-professjonisti rebbieha iżda anke il-proprjetarji tal-proġetti infushom.
Din is-sena ser ikun hemm tlettax-il premju hekk kif il-Planning Authority ser torganizza ir-raba’ edizzjoni ta’ The Malta Architecture and Spatial Planning (MASP) Awards f’April li ġej. Kieku ma kienx għal dawn l-awards, ħafna proġetti ta’ bini ġdid, kunċetti ta’ ppjanar u anke rinnovar ta’ bini eżistenti u antik, kienu ser jibqgħu ‘stejjer moħbija’. Il-premjijiet abbinati ma’ din l-attivita’ prestiġjuża annwali qegħdin jservu sabiex jgħinu jkun hawn iktar apprezzament għax-xogħlijiet arkitettoniċi ta’ estetika sabiħa f’Malta, u jirrikonixxu lin-nies li ħolquhom.
Permezz tal-MASP Awards il-Planning Authority tirrikonoxxi u tippremja ‘l-aħjar prattiċi fil-bini u d-disinn Malti. L-Awards u l-kampanja informattiva tagħhom jservu ukoll sabiex l-pubbliku jiġi aġġornat bl-aspetti wiesgħa u anke tekniċi relatati mal-estetika fid-disinn, kostruzzjoni jew rinnovar tal-bini.
L-MASP Awards mhijiex limitata għall-proġetti kbar, tinkludi wkoll bini residenzjali u anke proġetti ta’ studenti tal-arkitettura. Wara l-introduzzjoni s-sena l-oħra ta’ kategorija ddedikata għall-Fotografija Arkitettonika għal Fotografi Professjonali u dawk Dilettanti, fl-edizzjoni li jmiss tal-MASP Awards żdiedu żewġ kategoriji ġodda illi huma dawk ta’ proġetti żgħar (ta’ taħt-il 170 metru kwadru) u dawk li jwessgħu l-konfini tal-arkitettura permezz tal-inġinerija kreattiva.
Fix-xhur li ġejjin il-PA qed tippjana li testendi l-attivitajiet tal-MASP fuq skala aktar wiesgħa u nazzjonali. Fil-fatt ser jsiru attivitajiet u esibizzjonijiet fil-beraħ f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Dawn l-attivitajiet ser jinkludu wirjiet tal-proġetti li ikkontestaw kif ukoll laqgħat pubbliċi li ser iservu bħala showcase għal ħafna bini u proġetti sbieħ li jafu joffru l-professjonisti, disinjaturi u l-ħaddiema Maltin. l-Awtorita’ tal-Ippjanar tavża lil periti, interior designers u dawk nteressati fil-MASP Awards, illi n-nominazzjonijiet ser jagħlqu fl-aħħar ta’ Jannar 2023. Għal Aktar informazzjoni żur il-websajt www.maspawards.com.