L-Awtorità tal-Ippjanar ma laqgħetx it-talba li ġġedded permess ta’ żvilupp għall-blokka residenzjali ta’ 8 appartamenti u garaxxijiet taħt il-binja fi Triq Abdosir f’Marsaxlokk li jinsab biswit il-binja protetta ta’ Grad 2 Villa Agius Catania skedata.
Il-kummisjoni tal-Ippjanar ħadet din id-deċiżjoni minħabba li l-binja proposta kienet biswit binja protetta ta’ Grad 2, Villa Agius catania. Filfatt fl-2020 l-istess awtorità kienet ħarġet linji gwida sabiex jissalvgwardjaw il-binja ta’ Grad 2.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Awtorità tal-Ippjanar temmet tgħid li l-ambjent madwar il-bini protett huwa parti essenzjali mill-bini u l-mod kif jiġi esperjenzat. Il-binja kienet skedata bħala Grad 2 lura fl-1994.