L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni biex tinbena blokka appartamenti ta’ ħames sulari minflok proprjetà ta’ żewġ sulari fit-triq ewlenija tal-Ħamrun.
Il-Kummissjoni tal-Ippjanar tal-Awtorità waslet għad-deċiżjoni tagħha wara li l-case officer ikkonkluda li proġett bħal dan jikser il-policies li jipproteġu d-dehra ta’ toroq bħal din minn żvilupp dejjaq u għoli.
Anki s-Sovrantendenza tal-Wirt Kulturali qalet li l-għoli propost fl-aplikazzjoni joħloq preċedent mhux mixtieq rigward żvilupp vertikali fit-triq. Hija rrakkomandat li l-għoli ta’ din il-binja m’għandux jaqbeż dak tal-binja ta’ tliet sulari li ltinsab fuq ix-xelug tal-proprjetà inkwistjoni.
Kieku l-applikazzjoni ntlaqgħet, dan kien ikun ifisser li kien jinħoloq preċedent għat-trasformazzjoni tat-riq ewlenija tal-Ħamrun, li fil-biċċa l-kbira tagħha hija kkaratterizzata minn binjiet ta’ żewġ jew tliet sulari.