L-Awtorità tal-Ippjanar qed tippjana li nofs il-ħaddiema minn tliet mija tmienja u erbgħin impjegat tagħha, jibdew jaħdmu minn djarhom.
Pass li jista’ jsir hekk kif l-Awtorità tal-Ippjanar nediet sit elettroniku ġdid, li fost l-oħrajn jagħti faċilità lill-ħaddiema jaħdmu minn fuq is-sit fil-kumdità ta’ djarhom.
Ic-Chairman Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, qal li sa issa diġà hemm għoxrin impjegat li qed jaħdmu bl-iskema tat-teleworking . Filwaqt li ssaħħaħ l-impenn tal-awtorità li tkun aktar flessibli mal-impjegati tagħha.
Is-sit elettroniku l-ġdida tal-Awtorità, pa.org.mt ġiet immodernizzata u ddisinjata mill-ġdid sabiex tkun aktar faċli għall-professjonisti u l-pubbliku.
Filfatt il-periti jistgħu jissottometu l-applikazzjoni tagħhom minn fuq is-sit minflok kull darba jmorru għand l-awtorità.
Minn fuq is-sit elettronika l-ġdida l-pubbliku jista’ jikseb għadd ta’ informazzjoni fosthom dwar il-policies l-ġodda u l-konsultazzjoni li tkun qed tagħmel l-awtorità.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius qal li huwa sodisfatt li l-awtoritża ħadet dan il-pass biex is-sit elettronika tkun aktar aċċessibbli u flessibbli għall-pubbliku u l-professjonisti.