L-Awtorità tal-Ippjanar nediet mappa (basemap) ġdida għall-gżejjer Maltin.
Il-mappa, li se jkollha riżoluzzjoni ta’ kwalità, hija parti mill-proġett ta’ €7 miljun ta’ SIntegraM li hu ffinanzjat mill-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp (ERDF).
Il-basemap toffri informazzjoni importanti fuq diversi binijiet, spazji miftuħa u toroq f’pajjiżna.
Karrateristika importanti li se jkollha din il-basemap hija l-possibilità li tidentifika diversi fdalijiet ta’ art storika, sisien u ħitan tas-sejjieħ.
Din il-mappa se tkun qed tintuża l-aktar għall-studji li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent, pjanar ta’ żvilupp, bini ta’ toroq ġodda, rotot għall-ambulanzi u trasport pubbliku u għal diversi applikazzjonijiet oħra.
Id-Direttur fi ħdan l-Awtorità l-Inġinier Stephen Ferrita qal li dan il-proġett huwa pass il-quddiem fejn jidħol l-istudju ta’ data ġeografika ta’ pajjiżna.
Wieħed jista’ jaċċessa din il-mappa minn fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità www.pa.org.mt.