Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal fil-Parlament li l-Awtorità tal-Ippjanar, fl-2016, għamlet qligħ ta’ kważi €3 miljun dan għaliex ħadmet biex tkun aktar effiċjenti, qed tiġġenera dħul u tikkontrolla l-ispiża tagħha.
Matul l-2016, l-awtorità irċeviet 9,000 applikazzjoni għal żvilupp li minnhom 6,900 ġew deċiżi. Kien hemm total ta’ 1,088 applikazzjoni biex żviluppi bla permess jiġu regolati.
Dwar l-infurzar, Agius qal li kien hemm 467 każ li minnhm 260 ġew magħluqa. Minn dawn, 107 kienu tal-2016 u 135 kienu minn snin ta’ qabel. Bl-introduzzjoni tal-mobile app, kien hemm 130 rapport ta’ allegat żvilupp illegali.
L-Awtorità ħadet azzjoni wkoll kontra l-fish farms li ma kienux regolari. Ħadet passi biex neħħiet il-provista tal-elettriku minn bini f’ODZ li qatt ma kien intiż għal residenza.
L-iskema “Irrestawra Darek” kellha tagħlaq qabel għax it-€8 miljun dedikati għaliha ittieħdu minn 800 applikazjzoni – l-aktar djar f’tas-Sliema.